• San Luqa 3:15-16.21-22

      Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar.Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, u niżel  l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura  ta’  ħamiema. U  mis-sema  ġie  leħen  jgħid: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”

      Festa tal-Knisja: Il-Magħmudija ta’ Ġesù