• San Mattew 6:7-15
    Ġesu qal lid-dixxipli: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.  Mela itolbu hekk:

     
                                ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet,
                                jitqaddes ismek,
                                tiġi saltnatek,
                                ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
                                Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.
                                Aħfrilna dnubietna,
                                bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
                                U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
                                iżda eħlisna mid-deni.’
     
    Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.
     
    Qaddis tal-jum: San Ġwann Franġisk Reġis, Presbiteru