• San Ġwann 10: 27-30
    Ġesu qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni,
    u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. 
    U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem;
    u huma ma jintilfu qatt,
    u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. 
    Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd,
    u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. 
    Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.”