San Ġwann 15:1-8
Ġesù qal lid-dixxipli:
“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.
Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha;
u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha,
biex tagħmel frott aktar.
Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom.
Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom.
Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja,
hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.
Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih,
dan jagħmel ħafna frott;
għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.
Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef;
mbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.
Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom.
Din hi l-glorja ta’ Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.
Qaddis tal-jum: Santa Zita