• San Ġwann  6:16-21

    Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom.

    Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. Mela wara li kienu qadfu xi 25 jew 30 stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu.

    Imma hu qalilhom: “Jiena hu, la tibżgħux.” Għalhekk riedu jtellgħuh fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet l-art fejn kienu sejrin.


    Il-qaddisin tal-jum: Santa Katerina ta’ Siena u San Hugh ta’ Cluny