• San Mattew 8:23-27

    F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed.

    Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”. U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?”. Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.

    Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu?”.

    Qaddisa tal-jum: Santa Elizabetta tal-Portugall