• Il-Papa Franġisku laħħaq lill-Arċisqof Luis Ladaria, sabiex wara ħames snin, jieħu post il-Kardinal Gerhard Ludwig Müller bħala l-Prefett tal-Kongrgazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.

    L-Arċisqof ladaria hu Ġiżwita Spanjol u teologu u qatta’ ħafna snin jgħallem fl-Università Pontificja Gregorjana f’Ruma, qabel ma’ fl-2008 ssejjaħ biex iservi bħala Segretarju tal-Kongregazzjoni.

    Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tas-Santa Sede tgħid li l-Papa Franġisku jirringrazzja lill-Kardinal Müller li għal ħames snin ħadem bħala Prefett tal-Kongrgazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, President tal-Kummissjoni Pontifiċja Ecclesia Dei, il-Kummissjoni Pontifiċja Bibblika, u fil-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali, u issa jsejjaħ lill-eks Segretarju, l-Arċisqof Ladaria, sabiex jimla dawn l-irwoli.

    Il-mandat tal-Kardinal Müller spiċċa fit-2 ta’ Lulju 2017.

    Sors: Radju tal-Vatikan