• San Ġwann 16:20-23
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu,
    iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket,
    imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena.
    Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa,
    għax tkun waslet is-siegħa tagħha;
    iżda meta tkun twieldet it-tarbija,
    ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ,
    bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja.
    Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa;
    imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ,
    u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.
    F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni.
    Tassew tassew ngħidilkom,
    kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom.
    Qaddis tal-jum: Beatu Edward Jones