• San Luqa 6:20-26

    Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: 
    Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t’Alla.
    Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.
    Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew.
    Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. 
    Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom ill-profeti.
    Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.
    Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ.
    Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewwħu u tibku.
    Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!
     
    Qaddis tal-jum: San Cloud, Presbiteru