• San Luqa 11:1-4

      Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu,

                  ‘Missier, jitqaddes ismek,

                   tiġi Saltnatek.

                   Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.

                   U aħfrilna dnubietna,

                   għax aħna wkoll naħfru lil kull min

                   hu ħati għalina,

                   u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ “

      Festa tal-Knisja: Festa tal-Madonna tar-Rużarju