• L-ewwel laqgħa mis-serje ‘The Courtyard Dialogues’

  • Nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2014, saret l-ewwel laqgħa ta’ djalogu fis-serja ‘The Courtyard Dialogues’, f’Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. Il-laqgħa, bit-tema ‘L-iskop tal-ħajja’, ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) b’kollaborazzjoni mal-blog Zuntier.com u mal-komunità Youth Alive. L-erba’ mistiedna għal dan id-djalogu kienu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., Abigail Borg, esploratriċi, Chris Ebejer, artist, u Gianluca Bezzina, kantant.
     
    It-tieni u l-aħħar laqgħa għal din is-sena, fis-serje ‘The Courtyard Dialogues’, ser issir nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju. It-tema ser tkun, ‘L-irwol tal-Knisja fis-soċjetà’. Il-personalitajiet mistiedna huma: l-Isqof Charles J. Scicluna, Dr Clive Zammit, riċerkatur u kritiku soċjali, Dr Roberta Lepre, direttur ta’ Victim Support Malta u Christopher Vella, president ta’ Drachma LGBTI. 

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com