Australians at the Vatican ceremony

Il-Papa Benedittu Sittax iddikjara bħala l-ewwel qaddisa Awstraljana lis-soru mwielda f’Melbourne, Sister Mary MacKillop.   Eluf ta’ pellegrini Awstraljani kienu preżenti għaċ-ċerimonja  fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Hija twieldet fis-sena 1842 u mietet fis-sena 1909. Fl-1867 MacKillop saret l-ewwel soru u ftit wara Madre Superjura tal-Ordni l-ġdida tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp.  Din kienet l-ewwel ordni reliġjuża mwaqqfa minn Awstraljana biex jedukaw it-tfal fqar.

L-Assoċjazzjoni Ħbieb tal-Awstralja flimkien mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana u Dar l-Emigrant iċċelebraw il-kanonizzazzjoni ta’ Mary Mackillop b’quddiesa kkonċelebrata mmexxija minn Monsinjur Philip Calleja fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.   Fost dawk preżenti kien hemm il-Kummissarju tal-Awstralja Anne Quinane.

Flimkien mas-soru Awstraljana ġew kanoniżżati ħames qaddisin oħra – tnejn minnhom it-Taljani Giulia Salzano u Battista Camilla, Stanislaw Kazimierczyk Soltys mill-Polonja, Candida Maria De Jesùs Cipitria Y Barriola minn Spanja u André Bessette mill-Kanada.