Is-Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija kienet fost dawk kollha li esprimiet u għaddiet l-awguri tagħha lill-Papa Benedittu XVI f’għeluq il-85 sena tiegħu. L-Isqof Brian Farrell qal li l-Kunsill “hu impressjonat u qrib il-Kap tal-Knisja Kattolika f’dal-jiem hekk kif qed jiċċelebra dawn il-mumenti importanti f’ħajtu”.
B’radd ta’ ħajr lill-Papa għat-tmexxija pastorali tiegħu fit-tiftixa għall-għaqda fost l-insara fid-dinja kollha, l-Isqof Farrell esprima t-tama li l-Kungress Ewkaristiku f’Dublin, l-Irlanda, Ġunju li ġej, ikun “moment ta’ riflessjoni profonda dwar il-proċess li permezz tiegħu, il-Knisja fl-Iralnda u f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja, tkompli tilqa’ għall-isfidi u tfittex tweġibiet għad-diffikultajiet li jqumu maż-żminijiet – sitwazzjonijiet li jirrendu f’diffikultajiet għall-ħajja tan-nies, anki jekk ikunu diffikultajiet ta’ natura spiritwali”.
Iktar awguri kienu espressi din id-darba mill-Prefett Emeritus tal-Kongregazzjoni għall-Qima Divina u d-dixxiplina Sagramentali, il-Kardinal Francis Arinze. Huwa awguralu paċi u ferħ u iktar fidi fi Kristu.
Il-Kardinal Arinze qal lil Radju Vatikan li f’dal-jum, il-Knisja kollha tingħaqaq f’sentiment ta’ ferħ u tawgura l-isbaħ xewqat lill-Papa. Iżjed awguri kienu sabiex ikollu iżjed saħħa u iżjed ferħ ġewwieni ġej mit-twettieq tar-rieda t’Alla u iżjed għaqda mal-Knisja kollha.
Aħna wkoll nawguraw lill-Papa f’għeluq sninu u nwegħduh it-talb tagħna.