L-Uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Papa Benedittu XVI ippubbblika l-lista taċ-ċerimonji f’daż-żmien tal-Milied li l-Papa se jkun qed jippresiedi. Bħal ma jsir tradizzjonalment, il-Papa se jippresiedi l-quddies ewlieni tas-solennitajiet ta’ daż-żmien, li huma t-twelid ta’ Ġesu Bambin, Marija Omm Alla, l-Epifanija u l-Magħmudija ta’ Ġesu. Dan flimkien mal-Vespri fl-aħħar jum tas-sena 2010.
F’xi ċelebrazzjonijiet, il-Papa se jkun assistit minn kardinali bħala djakni. Mhux se jkunu qed jikkonċelebraw.
Dati u ħinijiet
Illejla l-quddiesa ta’ nofsillejl. Il-ġemgħa tiltaqa’ fl-10pm fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa, mal-kant tal-Glorja, ipoġġi l-Bambin Ġesu fil-maxtura tal-presepju tal-Milied. Tfal minn madwar id-dinja jippreżentaw fjuri.
Il-ġurnata tal-Milied. Il-Papa jagħti l-messaġġ tal-Milied URBI et ORBI – lil Ruma u lid-dinja – mill-gallerija ċentrali tal-Bażilika ta’ San Pietru. Il-barka tal-Papa se ġġorr indulġenza skont il-kundizzjonijiet li tpoġġi l-Knisja f’dal-każi.
Nhar il-Ħadd, Jum l-Istrina, il-Papa joffri ikla lill-foqra, inizjattiva li tfakkar ukoll lil Madre Teresa ta’ Calcutta, fundatriċi tal-Kongregazzjoni ‘Missjonijiet tal-Karita’.
Fl-aħħar tas-sena, lejlet is-Solennita ta’ Marija Omm Alla, il-Papa jmexxi Vespri fil-Bażilika San Pietru fis-6pm. Issegwi hija l-espożizzjoni ta’ Ġesu Sagramentat u l-kant tat-Te Deum.
Attivitajiet oħra iduru mal-messaġġ tal-Papa għall-Jum Dinji tal-Paċi u anki l-festat al-Epifanija fis-6 ta’ Jannar. Fid-9 ta’ Jannar jagħlqu l-attivitajiet festive bit-tifkira tal-magħmudija ta’ Ġesu.