-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jilqgħu l-ħatra mill-Papa Franġisku, ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Alessandro D’Errico.
L-Isqfijiet iwiegħdu lill-Arċisqof D’Errico t-talb tagħhom u tal-Insara f’Malta u Għawdex.
L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Grech jirringrazzjaw lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku, li llum huwa rtirat.
✠ Charles J. Scicluna ✠ Mario Grech
Arċisqof ta’ Malta Isqof ta’ Għawdex