-
L-Isqof Charles J. Scicluna fuq Twitter – @BishopScicluna
-
-
L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna jinsab preżenti fuq in-network soċjali Twitter. It-Twitter handle (username) ta’ Mons. Scicluna huwa @BishopScicluna. Fil-blog tiegħu fuq in-news portal Newsbook.com.mt, l-Isqof Charles J. Scicluna qal li kienet l-esperjenza tiegħu fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, il-Brażil, li wasslitu li jiddeċiedi li jkun preżenti fuq network tal-midja soċjali. Huwa awgura li permezz ta’ din l-esperjenza ġdida, ikun jista’ jaqsam il-ħsibijiet tiegħu u fuq kollox jisma’ lil dawk li jkunu qed isegwuh, kemm fuq Twitter kif ukoll fuq il-blog tiegħu.
Fl-ewwel Tweets tiegħu f’dawn l-aħħar jiem, l-Isqof Scicluna għażel li jitratta mhux biss realtajiet fil-ħajja tal-Knisja, iżda wkoll temi kurrenti fosthom l-inkwiet fl-Eġittu, il-persekuzzjoni tal-Insara u l-mewt ta’ żgħażugħ Skoċċiz li kien vittma ta’ cyber bullying.
Ritratt: Photocity