-
Nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, jistieden lill-koppji kollha li żżewġu matul l-2014 għal Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa flimkien. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u tibda fis-6:30 p.m.
Fit-8 ta’ Frar, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jistieden lill-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena. Din ser issir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u tibda fis-6:30 p.m.
Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana.