It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kumitat Organiżattiv Interdjoċesan u l-Kumitat Organiżattiv Nazzjonali taż-żjara tal-Papa f’Malta organiżżaw Press Briefing għall-Edituri tal-aġenziji lokali tal-aħbarijiet. Matul dan il-business breakfast li għalih attendew numru sabiħ ta’ edituri, huma kellhom l-opportunita li jsaqsu diversi mistoqsijiet u jagħtu s-suġġerimenti fuq l-arranġamenti li qed isiru għall-media matul iż-żjara tal-Papa. Id-delegat tal-Arċisqof għall-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, Fr Charles Tabone O.P, u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, is-Sur Martin Bugelli, stiednu r-rappreżentanti tal-istazzjonijiet tat-television, radju u media stampata biex jipparteċipaw fil-laqgħat li se jsiru ta’ kull ġimgħa għall-media bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Peress li din l-attivita’ saret fil-lukanda Excelsior, l-edituri ttieħdu jaraw is-sala li se tospita l-Press Centre.
Ritratti: DOI