Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., qed torganizza tliet laqgħat dwar iż-‘Żwieġ u l-Familja’. Il-laqgħat se jsiru fid-Dar Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M., il-Blata l-Bajda, skont dan il-programm:

L-Erbgħa 18 ta’ Mejju:   ‘Iż-Żwieġ Nisrani: Mixja ta’ Qdusija’

Il-Ħamis 19 ta’ Mejju:   ‘It-Tagħlim tal-Knisja dwar iż-Żwieġ u l-Familja’

Il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju: ‘Sfidi, Diffikultajiet u Għajnuniet fil-Ħajja taż-Żwieġ u tal-Familja‘

Il-laqgħat jibdew fis-7.00 p.m.  b’mument ta’ talb, imbagħad issir il-konferenza li ddum madwar 35 minuta, u wara jingħata ħin biex min jixtieq, jiddiskuti mal-kelliema dwar xi punti li jkunu tqajmu.

Il-kelliema ta’ dawn it-tliet laqgħat huma Membri tal-M.U.S.E.U.M.