Illum fil-5pm, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi se jieħu sehem fiċ‑ċelebrazzjoni djoċesana li se ssir fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
Matul iċ-ċelebrazzjoni se tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar) u wara, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u jagħti l‑barka sagramentali. Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa.
Minħabba restrizzjoni ta’ spazju u sabiex jiġu osservati b’attenzjoni l‑miżuri kontra l‑imxija tal‑Covid‑19, din is-sena ġiet mistiedna rappreżentanza żgħira minn kull parroċċa.