• Bejn nhar it-Tlieta 23 u l-Ħamis 25 ta’ Settembru 2014, sar live-in għall-kappillani ġodda (dawk li ġew maħtura għal dan il-ministeru għall-ewwel darba), fid-Dar tal-Irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

    Għal dan il-kors attendew seba’ kappillani, li xi uħud minnhom ħadu l-pussess din is-sena, minn total ta’ disa’.

    It-temi prinċipali li ġew indirizzati kienu jinkludu l-Viżjoni Pastorali, kemm dik tal-Papa Franġisku kif ukoll tas-Sinodu (Fr Joe Galea Curmi), Self Awareness (Fr Frankie Cini MSSP), Temi Prattiċi u l-Ispiritwalità tal-Kappillan (Fr Ray Toledo) u qsim ta’ esperjenzi (Fr Gordon Refalo, Kappillan ta’ Ħal Luqa u President tal-Kulleġġ tal-Kappillani u Joe Farrugia, Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi.

    Fl-aħħar ġurnata tal-live-in, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa waqt li l-Isqof Charles J. Scicluna għalaq dan il-live-in b’riflessjoni tiegħu, kemm mill-Eżortazzjoni Evengelii Gaudium kif ukoll minn aspett prattiku.

    Dan il-live-in ġie oganizzat mid-Delegat tal-Arċisqof għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi, Fr Ray Toledo.