-
Il‑Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, l‑Isla. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-Servizz Ekumeniku Djoċesan. Kulħadd hu mistieden jattendi.
Bejn illum il‑Ħamis, 18 ta’ Jannar u l- 25 ta’ Jannar 2018, qed tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil‑qawwa” (Eż 15:6).
-