• L-Erbgħa, 17 ta’ Jannar 2018, l-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof iċċelebrat Jum l-Iskola, iddedikat lil San Pawl, il-patrun tal-iskola. Fil-bidu tal-ġurnata l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-istudenti tad-disgħa, l-għaxar u l-ħdax-il sena.

    Waqt diskussjoni mal-Arċisqof, l-istudenti ddiskutew kif iż-żgħażagħ llum jista’ jkollhom il-kuraġġ li jwasslu l-aħbar it-tajba fil-postijiet fejn ikunu. L-istess tema ġiet diskussa mal-istudenti tas-seba’ u t-tmien sena. Wara, Mons. Arċisqof ħa sehem f’ċelebrazzjoni mal-istudenti u l-istaff tal-primarja. 

    Il-ġurnata ntemmet b’laqgħa mal-istaff li matulha kellhom l-opportunità jiddjalogaw mal-Arċisqof. Huwa fakkar lill-istaff li jixtieq li l-iskola tas-Seminarju tkun il-post fejn jiġu ffurmati Nsara li jevanġelizzaw u jaqdu lill-oħrajn.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace