L-Arċisqof Pawlu Cremona OP ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ma jibżgħux jieħdu fuq spallejhom il-missjoni li jkunu xandara tal-messaġġ Nisrani, waqt li ħeġġiġhom biex jagħżlu lil Kristu sħiħ, u mhux bil-biċċiet.
Huwa kien qed jitkellem fil-parroċċa ta’ San Ġwann, waqt il-manifestazzjoni djoċesana li fakkret Jum iż-Żgħażagħ; rikorrenza annwali mwaqqfa mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1984 u li titfakkar kull sena f’Ħadd il-Palm.
Din is-sena, Jum iż-Żgħażagħ għandu sinjifikat speċjali hekk kif huwa preludju għaċ-ċelebrazzjoni f’Madrid tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awwissu li ġej.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com