Malta llum se jkollha t-tieni Kardinal tagħha fl-istorja. Dalgħodu fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI se jaħtar 22 Kardinal ġdid waqt konċelebrazzjoni solenni li matulha se jsir konċistorju “pubbliku”. Il-konċelebrazzjoni għandha tibda fl-10.30am u se tixxandar live fuq TVM u fuq Radju RTK.

Fost il-Kardinali l-ġodda se jkun hemm il-Malti l-Patri Prospero Grech OSA, li kien ordnat Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fit-8 ta’ Frar. Għall-konċistorju ta’ għada se jkunu preżenti l-Arċisqof Pawlu Cremona OP u l-Isqof Mario Grech.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com