“L-ottimiżmu ta’ Fr Peter kien ġej mill-fehma sħiħa li kellu li, bit-trawwim u t-tħaddim xieraq tal-qalb u l-moħħ, xejn, xejn ma kellu għalfejn iżomm lill-bniedem milli jagħmel l-aħħar daħka fuq kull sitwazzjoni tal-ħajja.”
Din l-istqarrija għamilha Fr Mark Montebello OP fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-funeral ta’ Fr Peter Serracino Inglott, li saret ilbieraħ fil-knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfraġu fil-Belt Valletta, u li kienet immexxija mill-Pro Vigarju Ġenerali, Mons Anton Gouder. L-Arċisqof Mons Pawlu Cremona OP, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech u l-Arċisqof Emeritu Mons Ġużeppi Mercieca assistew għall-quddiesa mill-kor tal-kolleġġjata. Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof mexxa t-talb tal-aħħar.
Il-kongregazzjoni kienet immexxija mill-President ta’ Malta u s-Sinjura Abela u kienet tinkludi l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, il-Presidenti Emeriti Dr Eddie Fenech Adami u Dr Ugo Mifsud Bonnici, kif ukoll is-Sinjura Violet de Marco, l-armla tal-President Emeritu Dr Guido de Marco.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com