L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-eżerċizzi tar-Randan għall-persuni separati. Dawn ser jibdew nhar it-Tnejn 26 sa nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu, kuljum, fis-7.00 p.m., fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana. Dawn l-eżerċizzi għall-persuni separati saru għall-ewwel darba s-sena l-oħra.

Mitlub jikkumenta fuq dawn l-eżerċizzi, l-Arċisqof qal li l-Knisja trid twassal il-messaġġ tal-Vanġelu lill-bnedmin kollha, partikolarment dawk li għaddejjin minn ċirkustanzi tal-ħajja li jeħtieġu kelma ta’ faraġ u ta’ kuraġġ.

Dawn l-eżerċizzi huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana, il-Caritas u l-Kummissjoni Djoċesana Familja.