Photo by: Photocity, Valletta

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju – voluntiera żgħażagħ irċivew il-mandat mingħand Arċisqof Pawl Cremona OP waqt ċerimonja uffiċjali li saret eżatt qabel ma jibdew il-proġetti ta’ volontarjat tas-sajf. It-tema tal-attività ittieħdet mill-vers “Dan għamiltuh miegħi” (Mattew 25, 40) u il-parteċipanti ħadu l-opportunità biex jitkellmu ma’ persuni li esperjenzaw direttament il-ħidma tal-voluntiera.

Arċisqof Cremona bierek mementos simboliċi u ppreżenta waħda lil kull voluntier, bħala tifkira tal-mandat tiegħu. Rappreżentattivi tal-għaqdiet volontarji flimkien mal-Arċisqof, aktar tard, xegħlu ħuġġieġa li tixhed l-ispirtu komuni bejn il-voluntiera.

Din l-edizzjoni tal-Mandat lill-Voluntiera kienet organiżżata minn Viva s-Sajf tat-Tfal bil-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]