‘IT-TURIŻMU JGĦAQQAD IL-KULTURI’

Nhar is-27 ta’ Settembru bit-tħabbrik tal-World Tourism Organisation (UNWTO), li sa mill-ewwel ċelebrazzjoni tagħha fis-sena 1980 gawdiet is-sapport tas-Santa Sede, ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Turiżmu.

It-tema għal din is-sena ser tkun:  it-Turiżmu jgħaqqad il-kulturi. Tema li  tenfasiżża l-importanza li s-safar għandu, u l-mod kif kulturi differenti jiltaqgħu permezz ta’ dan, speċjalment fid-dinja ta’ żmienna fejn madwar disgħin miljun ruh jivjaġġaw internazzjonalment; dan dejjem grazzi għal meżżi differenti ta’ komunikazzjoni u titjiriet bi prezz ridott.

Minn din il-perspettiva, it-turiżmu hu preżentat bħala dak li jelimina barikati eżistenti bejn il-kulturi u li jgib tolleranza, rispett u  għarfien. Fid-dinja esklussiva tagħna, dawn il-valuri jirrapreżentaw passi lejn futur aktar paċifiku.

B’perspettiva aktar wiesgħa ta’ kultura li tinkludi – apparti l-istorja jew dak li hu artistiku u l-patrimonju etnografiku – l-istili ta’ ħajja, relazzjonijiet, twemmin, u valuri, aħna mhux biss naffermaw id-diversita kulturali, iżda, f’konformita mal-Maġisteru tal-Knisja, ngħożżuhom bħala pożittivi. Kif Benedittu XVI jafferma, ladarba id-diversita hi aċettata bħala fattur pożittiv, hu neċessarju li nassiguraw li n-nies mhux biss jaċettaw l-eżistenza ta’ kulturi oħra, iżda juru x-xewqa li jikbru permezz tagħhom, jilqgħu il-verita, it-tajjeb u s-sabiħ li jinsab fihom.

Biex naslu għal dan l-oġġettiv, it-turiżmu jestendi lejna kull possibilta. Il-Kodiċi Globali ta’ l-Etika għat-Turiżmu jafferma li meta prattikat b’mod miftuħ u suffiċjenti, it-turiżmu hu fattur uniku ta’ edukazzjoni personali, tolleranza u ta’ tagħlim dwar id-differenza leġittima  bejn persuni u kulturi. Dan jista jiffavorixxi laqgħat kif ukoll djalogu, hekk kif wieħed isib ruħu f’postijiet differenti, tradizzjonijiet, manjieri ta’ kif persuni jgħixu, u forom oħra ta’ kif inħarsu lejn id-dinja u nikonċepixxu l-istorja. Permezz ta’ dawn id-diversi raġunijiet, it-turiżmu hu minnu innifsu avveniment privileġġjat.

L-ewwel kundizzjoni neċessarja dwar dan id-djalogu, hi l-importanza li wieħed ikun jaf jisma, li jkun irid jiġi mistoqsi dwar dak li jħaddan u jemmen fih, iħoss ix-xewqa li jiskopri l-messaġġ  li  jħaddan  kull  monument,  manifestazzjoni kulturali,  dan kollu jsir b’rispett, mingħajr ebda preġudizzji jew eskluzzjoni, u li jiġi evitat qari li jista jnissel mibgħeda. Hi għaldaqstant importanti li bniedem mhux biss ikun jaf kif jivjaġġa, iżda li jkun jaf kif jilqa lil ħaddieħor. It-turiżmu għandu jkun organiżżat b’rispett lejn in-natura, liġijiet u normi ta’ dawk il-pajjiżi stess li jilqgħu fihom lit-turisti; it-turisti għandhom ikunu esposti għal dawn id-diversi aspetti biex jifhmu aħjar il-post li fih ser iwettqu ż-żjara tagħhom. Minn naħa l-oħra, dawk il-komunitajiet u l-aġenti professjonali tal-ivjaġġar, għandhom ikunu konxji tal-istil ta’ ħajja u l-aspetazzjonijiet tat-turisti li ser iżuru pajjiżhom.

Meta tqis il-fatt li kull kultura eżistenti għandha limitazzjonijiet diversi, il-laqgħa ma kulturi oħra isservi biex ċertu limitazzjonijiet jiġu megħeluba. Din hi ukoll evidenti fl-affermazzjoni li jgħamel il-Beatu Ġwanni Pawlu II, li id-differenza li xi wħud iħarsu lejjha bħala tħeddida, tista, permezz tar-rispett u djalogu, tkun sors ta’ għarfien aktar profond tal-misteru tal-eżistenza umana.

Wieħed mill-oġettivi tal-kura pastorali fil-qasam tat-turiżmu, żgur għandu jkun li l-Insara jiġu edukati u preparati sabiex il-laqgħa tagħhom ma dawn il-kulturi diversi tkun produttiva u ma ttellef l-ebda opportunita ġdida; għandhom iservu biex il-bniedem jistgħana fin-natura tiegħu, iservu biex persuni diversi jsiru jafu lil xulxin, u lilhom infushom.

Aħna konvinti li f’dan id-djalogu li jenfasiżża l-frott ta’ meta kulturi diversi jiltaqgħu, il-Knisja, għandha ħafna x’tikkontribwixxi. Benedittu XVI jagħmel enfasi li fl-arena kulturali, il-Kristjaneżmu għandu joffri lil kulħadd sors qawwi ta’ tiġdid u eżaltazzjoni, li hu, l-Imħabba ta’ Alla li hi espresss fl’imħabba umana. Il-patrimonju kulturali tal-Knisja hu immens u joħroġ għad-dawl fis-sens wiesgħa kif spjegat qabel, hu riżultat tal-esprjenza tal-fidi, tat-tiżwiqa bejn il-kultura u l-Evanġelju, bħala frott ta’ esperjenza profonda reliġjuża tal-kommunita Kristjana. Ċertament li xogħolijiet tal-arti u l-memorja storika għandhom potenzjal kbir ta’ evanġeliżazzjoni, sakemm ikunu fil-kuntest tal-via pulċhritudinis- it-triq is-sabiħa, li hi mgħodija privileġġjata u affaxinanti ta’ kif wieħed jasal għal Misteru ta’ Alla.

Dan l-oġġettiv għandu jkun prijorita tal-kura pastorali tagħna biex nuru verament is-sens ta’ dan il-patrimonju kulturali, imwieled mill-fidi għall-akbar glorja t’Alla. Fid-diskors tiegħu indirizzat lill-ħaddiema fil-kura pastorali, il-Beatu Ġwanni Pawlu II jenfasizza li: intom kooperaturi fil-formazzjoni ta’ ħarsien li hu tip ta’ qawmien tar-ruħ tal-affarijiet tal-ispirtu billi tkunu ta għajnuna għal viżitaturi biex jerġgħu lura lejn is-sorsi ta’ fidi li jibnu dan l-edifiċju, u billi jagħmlu viżibbli il-Knisja magħmula minn ġebel ħaj li hi dik li tifforma il-kommunitajiet Insara. Hu importanti li aħna nippreżentaw dan il-patrimonju fl-awtentiċita tiegħu, filwaqt li niddefinixxu il-vera natura reliġjuża tiegħu, anki fil-kuntest liturġiku li fih u bih kienet imwielda.

Aħna konxji li l-eżistenza tal-Knisja mhix għajr biex tevanġeliżża, filwaqt li nsaqsu lilna nfusna: Kif aħna nistgħu nilqgħu persuni f’postijiet sagri u li din il-laqgħa tagħhom twassalhom sabiex jgħarfu u jħobbu aktar l’Alla? Kif nistgħu niffaċilitaw li dawn il-persuni jiltaqgħu ma Alla? Irridu nenfasiżżaw li, għall-ewwel, biex il-laqgħa tkun suċċess, wieħed irid jikkunsidra il-karaterristiċi ta’ kull grupp u kull individwu, ix-xewqat ta’ qalbhom u l-bżonnijiet awtentiċi spiritwali. Din tiġi manifestata permezz ta’ diversi elementi: sa mid-dettalji sempliċi għad-disponibbilta personali li wieħed jisma, għal akkompanjament sakemm iddum iż-żjara.

F’dan ir-rigward, u b’dan l-oġġettiv li nippromwovu dan id-djalogu interkulturali u li jieħu spinta mill-patrimonju kulturali għas-servizz tal-evanġeliżazzjoni, xieraq li jiġu adattati sensiela ta’ inizjattivi pastorali. Dawn kollha għandhom ikunu integrati fi programm wiesgħa ta’ interpretazzjoni li, flimkien ma informazzjoni kulturali-storika, ikun identifikat b’mod ċar u aċċessibli is-sens oriġinali u profond reliġjuz ta’ dawn il-manifestazzjonijiet kulturali, b’referenza għal meżżi attraenti u moderni, filwaqt li nieħdu vantaġġ tar-riżorsi personali u teknoloġiċi li huma għad-dispożizzjoni tagħna.

Fost dawn il-proposti konkreti, hemm elaborazzjoni ta’ l-idea tat-turiżmu li joffri viżta f’postijiet li huma ta’ importanza kbira kemm reliġjuża kif ukoll kulturali, fi ħdan id-djoċesi. Flimkien ma dawn, inzidu il-firxa wiesgħa ta’ ħinijiet li jiffavorixxu sabiex dawn iż-żjajjar ikunu jistgħu isiru, dan jippermetti li l-merħba tkun waħda xierqa. B’dan il-mod, il-formazzjoni spiritwali u kulturali tal-gwida tat-turisti hi importanti, u wieħed jara l-valur fil-possibilta li jinħolqu organiżazzjonijiet għal-gwidi kattoliċi tat-turisti. Permezz ta’ dan, il-varjeta ta’ publikazzjonijiet lokali għad-disponibbilta tal-gwidi tat-turisti, webpages, jew ġurnali speċjalizzati dwar il-patrimonju, bl-iskop li jilluminaw ir-ruħ, l-ispirazzjoni u l-messaġġ tax-xogħol, analiżi xjentifika hi offruta għas-servizz tal-għarfien aktar profond tax-xogħol.

Aħna ma nistgħux inħallu lilna infusna inħarsu lejn it-turist bħala sempliċiment targa pre-evanġelika, iżda għal kuntrarju, irridu inħarsu lejh bħala bażi biex nirrealiżżaw b’mod ċar u espliċitu it-tħabbira ta’ Ġesu’ Kristu.

Nixtieq issa nieħu ukoll vantaġġ minn din l-opportunita sabiex uffiċjalment inħabbar iċ-ċelebrazzjonijiet tas-VII Kungress Mondjali tal-Kura Pastorali tat-Turiżmu, li ser isir f’Ċanċún (il-Messiku) fil-ġimgħa ta’ bejn it-23 t’April sas-27 t’April, 2012. Dan l-avveniment, organiżżat mill-Kunsill Pontifiċju, b’kollaborazzjoni mal-Konferenza Episkopali Messikana u l-prelatur ta’ Cancún-Chetumal, ċertament ser ikun ta’ opportunita importanti sabiex inkomplu nikkunsidraw proposti aktar fil-konkret li l-kura pastorali tat-turiżmu teħtieġ fiż-żminijiet preżenti.

+ Antonio Maria Vegliò, President

+ Joseph Kalathiparambil, Segretarju

Kunsill Pontifiċju għall-Emigrazzjoni u t-Turiżmu