Aħna l-Isqfijiet inħossuna fid-dmir li nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li wettaq fostna permezz taż-Żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI.

Inħossuna grati ħafna lejn il-Papa għall-attenzjoni u l-imħabba li wera magħna.

Ma għandniex kliem biex infissru l-apprezzament tagħna għal-laqgħa mill-qalb li l-poplu tagħna, misjuq mill-fidi, ta lill-Papa.

Aħna konvinti li kienu ħafna dawk li laqgħu l-istedina tagħna biex isaħħu din il-ġrajja bit-talb u s-sagrifiċċji.

Irridu wkoll nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom fl-organiżżazzjoni ta’ din iż-Żjara.

Aħna nħossuna mpenjati li nkomplu nirriflettu fuq it-tagħlim li l-Papa wasslilna u naqsmu mal-komunitajiet tagħna din ir-riflessjoni

+ Pawlu Cremona O.P.

+ Mario Grech

+ Annetto Depasquale

Fr Joe Magro

Segretarju