• Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili

  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, Rabat
    21 ta’ April 2014

    Bħalma għidtilkom, illum ħa naqsam daqxsejn ta’ riflessjonijiet fuq it-tifsira ta’ Kapitlu. Jiena ma ngħoddx kemm mort Kapitli u għalehh l-esperjenza li jiena ħadt nista’ naqsamha magħkom.

    L-ewwel ħaġa importanti hija r-rwol tal-fundatur. Intom fortunati għaliex għandkomn ħafna u ħafna kitbiet ta’ San Ġorġ Preca. Qed nitkellem bħala Dumnikan, aħna m’għandna xejn ta’ San Duminku ħlief l-ispirtu tiegħu, għax ma kiteb kważi xejn. Kemm hu importanti li r-rwol tal-fundatur nagħmluh ċentrali. L-ewwelnett il-ħajja tiegħu irridu narawha u naqrawha. U magħha naqraw il-ġrajja ta’ l-ewwel żminijiet tal-fondazzjoni. Tafu li meta aħna rridu naraw ftit il-Knisja x’suppost tkun, nmmorru lura u naraw x’kienet fl-Atti tal-Appostli u nippruvaw inkunu bħalha. U intom tagħmlu l-istess. Araw ftit dak il-ħin li San Ġorġ Preca kien għadu ħaj u qiegħed fostkom u qed jagħtikom l-ispirtu tiegħu, x’kienet dik li żammithom u li qawwithom biex huma jkomplu b’din il-missjoni tagħhom? U dik nippruvaw nirriflettu fuqha u nitolbu fuqha.

    Il-mistoqsija li spiss irridu nagħmlu hija din: kieku kien hawn San Ġorġ Preca x’kien jagħmel illum? F’dawn l-affarijiet differenti, x’kien jagħmel illum? Ħalli nieħdu l-ispirtu tiegħu u nippruvaw nadattawh għar-realta tagħna llum. X’kien jagħmel hu? Għalhekk huma sbieħ l-ittri tiegħu tal-bidu u l-kotba tiegħu biex insiru nafu hu x’inhu. U importanti li naqraw dwar dak li hu, għaliex il-fundaturi tagħna mhux tawna biss kariżma u daqshekk. Il-fundaturi tagħna bil-grazzja tal-Mulej kellhom sensittivita enormi għal dak li jgħin u dak li jfixkel il-kariżma. Importanti li nirriflettu fuqhom.

    ​Ħa nieħdu daqsxejn ta’ eżempju minn fundatriċi taż-żmienna stess: Madre Tereża ta’ Kalkutta. Lis-sorijiet tagħha qaltilhom li m’ġħandhomx ikollhom showers. M’għandhomx showers, għandhom buqar, ikollhom friskatur u jinħaslu hekk. Imma r-raġuni x’inhi? Ir-raġuni kienet: kif tista’ int tmur u taqdi lil dawk li lanqas għandhom ilma x’jixorbu meta għandek shower u tieħu ilma kemm trid? Jiġifieri, ara qatt se jidħollok f’rasek li anke shower jista’ jkun qed ifixklek quddiem Alla? Imma safrattant hi fehmet x’inhu dan skond il-kariżma tagħha. Mela importanti li nfittxu: x’inhu dak li jgħin u x’inhu dak li jfixkel fil-kariżma li jkun tana l-fundatur. Irridu niwħdu ħsieb ukoll il-mod kif nimbnew bħala komunita, il-mod kif inħarsu l-komunjoni u l-imħabba bejnietna. Dawn huma kollha tagħlimiet li l-fundatur tagħna jkun tana u aħna hemm bżonn li nieħdu ħsiebhom.

    It-tieni riflessjoni li xtaqt li nagħmel hija dwar is-sinjali taż-żminijiet. U tafu li f’elfejn sena ta’ storja kien hemm l-Ispirtu s-Santu li mexxa l-Knisja. Mela, ħa npoġġiha hekk: il-missjoni tal-Knisja ma tibdhiex minnha; il-missjoni tal-Knisja tibda minn dawk li aħna rridu nwasslulhom il-kelma. Jekk huma torox għalxejn tmur. Allura rridu nibdew minn dawk li qegħdin madwarna u qegħdin jisimgħu l-kelma. Anke Ġesu, jekk taqra l-Vanġelu tiegħu, tarah kif adatta ruħħu għal kollox. Jekk kien qiegħed imur f’għelieqi jitkellem fuq l-għelieqi. Jekk imur ħdejn il-baħar jitkellem fuq il-ħut, dejjem jadatta ruħu għal dak li se jċaqlaq lil dawk in-nies li hemm quddiemu biex iwasslilhom il-kelma. Aħna rridu nagħmlu bħalu, jiġifieri waħda mill-istudju tal-kapitli irid ikun riflessjoni: llum x’inhuma s-sinjali taż-żminijiet?

    Nistgħu ngħidu li dal-Papa huwa wieħed mis-sinjali taż-żminijiet. Ċempilt lill-Eminenza tiegħu Loris Capovilla, biex nifraħlu għax sar kardinal, għandu 97 sena, dak li kien is-segretarju ta’ Papa Ġwanni XXIII u qalli dan il-kliem: ‘ejjew nirringrazzjaw lil Alla talli qegħdin f’dan iż-żmien primaverile della chiesa!‘ Primaverili ta’ 97 sena! Imbagħad kultant issib xi ħadd żgħir li l-ħin kollu jgerger. U dan ta’ 97 sena għaliex beda jirraġuna hekk,għax mill-ewwel ra l-bidla li għamel Ġwanni XXIII. Illum naħseb nistgħu ngħidu li kif il-Mulej qed jippermetti li jiġu magħżulin l-Papiet, qed jindikalna t-triq hija l-futur tagħna: triq ta’ ferħ, triq ta’ umiltá, triq ta’ mħabba, dak kollu li Ġesu kien jagħti lil dawk li kien hemm madwaru.  Ma nistgħux nibnu forma oħra ta’ Knisja, l-Ispirtu s-Santu llum dak li qed jurina u dak li aħna rridu nipprietkaw permezz tiegħu.  

    Imbagħad it-tieni ir-riflessjoni hija l-aġġornament. Tiftakru fil-Konċilju kemm semmejnih l-aġġornament? Ma tantx għadhom isemmuh. Imma l-aġġornament x’jiġifieri? Jiġifieri tpoġġi dak li kien hemm qabel skont dak li hemm illum. Dak huwa l-aġġornament: li inti tagħmlu skond il-ġurnata li nkunu qed ngħixu. Imma l-aġġornament huwa xi ħaġa delikata ħafna. Zewġ affarijiet se ngħidilkom. L-ewwelnett aħna rridu naraw fil-kotba tagħna, fil-kariżma tagħna mhux dawk l-għemejjel li huma esterni għalina, għax dawk jinbidlu maż-żminijiet, imma l-ispirtu li għalihom fiż-żmienu San Ġorġ Preca poġġa dawk l-għemejjel, għax inkella jiġrilna li nneħħu l-għemejjel imma dak li hemm taħthom ninsewh.

    Daqsxejn ta’ eżempju li se ngħidilkom mill-ħajja tagħna l-patrijiet.  Wieħed mill-Ġenerali tagħna kien qalilna hekk: Aħna kellna l-kapitlu tal-ħtijiet, konna noqgħodu b’wiccna mal-art u nistqarru il-ħtijiet tagħna kontra l-komunità,  kien hemm is-surmast tagħna, għax jien kont għadni student,  u kien jagħtina penitenza żgħira quddiem kulħadd. X’ġara?  Wasal iż-żmien u bdejna ngħidu: ‘kos il-kapitlu tal-ħtijiet, issa fi żminijietna huwa tajjeb?’ U neħħejnih. Imbagħad darba nisma’ dan il-Ġeneral jgħid: ‘neħħejna l-kapitlu tal-ħtijiet, imma nsejna li dak kien l-uniku mument li aħna bħala komunita nkunu qegħdin nistqarru li żbaljajna. U ma poġġejna xejn minn floku’. Ma poġġejna xejn minn floku! Dak hu l-aġġornament! Mhux li tarmi imma tara dak li hu l-essenzjal u taġġornah għal-lum. Naħseb li dak huwa importanti għaż-żminijiet tagħna. 

    It-tielet, u din il-ħaġa mhux faċli, mhux faċli li wieħed jagħmilha, wieħed mid-dokumenti tal-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-ħajja konsagrata jitkellem fuq il-missjunarji u jgħid: ‘dawn il-missjunarji x’inhu l-uffiċċju tagħhom?’ Araw ftit. ‘Irridu kemm jista’ jkun inaddfu l-Vanġeli u l-kelma t’Alla minn dak li kiber żejjed matul iż-żmien’, il-qoxra, allura ħafna jiddependi mill kultura lokali biex meta mmorru f’missjoni nippruvaw nagħtuhom dak li hu verament iċ-ċentru biex huma mbagħad jibnu kultura.  Inkella inkunu qed nibnu kultura Maltija ġol-Brażil, mhux hekk! Huma jridu jibnu l-kultura tagħhom. Aħna nistgħu nagħtuhom biss il-Vanġelu mnaddaf minn kull kultura tagħna. U mhux faċli għax tkun għext ħajtek kollha f’dak il-kuntest, irid ikun eżerċizzju importanti ħafna, sabih ħafna li wieħed irid jagħmel. Aħna missjunarji ta’ dan iż-żmien. Oħrajn huma missjunarji li jmorru minn post għal ieħor. Minn żmien nasal biex jiena nevanġelizza żmien ieħor. Dak ukoll huwa missjoni kbira f’idejn il-Knisja, f’idejna lkoll. 

    Ir-raba’ ħaġa, biex ma ndumux ħafna, hija ir-Regola. Ma nafx jekk qatt smajtuha imma l-isbah definizzjoni tar-regola li jiena rajt hija mixja ta’ dixxipulat. Regola hija mixja ta’ dixxipulat. Araw ftit kemm hija profonda. Mela jiena meta dħalt Dumnikan, mhux qiegħed hemm biex inkun Dumnikan u nieqaf hemm, jiena d-dixxiplu tal-Mulej! Ir-regola kollha, il-kariżma kollha, jekk jiena nibqa’ Dumnikan u ma nsirx dixxiplu tal-Mulej, inkun tlift kollox. Għax kieku kellna  nistaqsu lill-fundaturi tagħna u ngħidulhom: ‘intom x’tixtiequ li nkunu, dixxipli tagħkom?’  ‘Le, x’dixxipli tiegħi, tkun dixxiplu tal-Mulej!’ Imma mbagħad għalhekk tiġi mappa tad-dixxipulat.  Għaliex il-fundatur tagħna jkun tana l-mappa biex aħna nersqu lejn il-Mulej, qed tifmuha? It-triqat li jagħtuna l-fundaturi kollha huma partikolari imma mhux biex nieqfu fihom.

    Ħa npoġġuha b’mod iehpr biex tidher iktar ċara. Nieħdu dan l-eżempju. Ikun hemm xi ħadd minn dawn l-iscouts – mhux l-iscouts tfal – imma dawk li kienu jmorru f’ħafna postijiet li ma nkunux nafu bihom. U dan ikun hemm xi ħadd u jisma’ per eżempju li fl-Afrika l-bogħod hemm il-Victoria Falls, wara issejħet hekk, u dan imur hemmhekk, bħala esploratur. U meta jmur hemmhekk x’jagħmel? Mhux iħalli lil ta’ warajh ibatu biex isibu l-post li minnu għadda hu!  Jagħmel mappa biex min irid imur l-Victoria Falls m’hemmx għalfejn jibda mill-bidu kif beda dak imma jkollu t-triq fejn imur. Dawn huma l-fundaturi tagħna! Sabu t-triq  personali, poġġewlna mappa li hija r-regola, biex aħna nersqu lejn il-Mulej b’din il-forma speċjali li twassalna għall-qdusija. Dik hija r-regola, ir-regola qiegħda hemmhekk biex tagħmilna dixxipli tal-Mulej Ġesu.

    U għaliex tinkiteb ir-regola? Meta nkunu għadna fil-fundazzjoni, fil-bidu nett, ma jkollniex regola. Xi trid Regola ikbar mill-fundatur tiegħek? F’kull ħaġa tmur tistaqsi lilu.  X’hemm għalfejn ikollok regola? Meta mbagħad il-fundatur jibda jinduna li jew qed tixtered il-kongregazzjoni jew inkella saru kbar wisq biex hu jkun jista’ jieħu ħsiebhom, jikteb ir-regola biex aħna meta jkollna bżonn inkunu nafu x’suppost nagħmlu, issa għandna r-regola. Dak iż-żmien meta kien hawn San Ġorġ ma kienx hemmbżonn regola, mur għandu u staqsih.  Hu se jgħidlek imma mbagħad meta tikber is-soċjeta allura hemmhekk iva hemmhekk għandna bzonnha.  Jekk inti qiegħed post ieħor, jekk qiegħed barra minn Malta, hi x’inhi, hemmhekk għandek ir-regola li tgħidlek kif int kont timxi fuq il-passi ta’ San Ġorġ Preca.  

    U l-aħħar ħaġa u nagħlaq biha hija l-ispiritwalità tal-fundatur, diġa għidniha.  Naħseb illum qed jurina ċar l-Ispirtu s-Santu li l-ispiritwalità tagħna trid tgħaddi minn umiltà, minn imħabba  u minn ferħ. U tifhmu għaliex ferħ għaliex aħna għandna s-sagrifiċċji.  Issa jekk ikun hemm xi ħadd iħares lejja, ma jkunx jafni, u jara li jien qed nagħmel sagrifiċċji imma mbagħad wiċċi dejjem imdejjaq, jgħid:  ‘jekk m’għandiex nimxi warajh! Dak dejjem imdejjaq!’  Ħa ngħid storja oħra tas-Sorijiet ta’ Madre Tereza. Darba nkun qiegħed magħhom għax għamiltilhom irtir is-Sudan u kien hemm saċerdot ieħor li mar jagħmlilhom l-irtir ukoll.  Għidtilkom li s-sorijiet ma jkollhomx showers, imma s-saċerdoti jkollhom. U dan is-saċerdot qalli: ‘imma din hija sew li dawn qegħdin bla showers? Din mhiex umana’. Ma stajtx ngħidlu xejn jiena, l-unika ħaġa li għidltu:  ‘intom rajthom imdejqin?’ Qalli: ‘le ta’.  Għidtlu:  ‘dak huwa l-messaġġ li qed jagħtu li jekk timxi wara Ġesu anke b’dan il-faqar, int se tkun kuntent’. Imma jrid jidher fina l-ferħ. Min irid jimxi warajna, għax minnha joħroġ il-ferħ. Dak li qed jgħidilna l-Papa u verament huwa importanti ħafna.

    Jiena nieqaf hawnhekk. Nawguralkom ħafna, ħafna affarijiet sbieh fil-kapitlu tagħkom. Bdejtuh issa, kemm se ddumu, ġimgħa? Sal Ħadd, ġimgħa sħiha, nawguralkom ħafna. Imma jiena ngħidilkom ma nafx f’kemm il-kapitlu kont. Għalija kienu dejjem esperjenzi sbieh, esperjenzi li lili kabbruni, esperjenzi li ħabbejt iktar l-Ordni tiegħi meta kont qiegħed fil-Kapitli kemm lokali kemm ukoll internazzjonali.

    ✠  Pawlu Cremona O.P.

         Arċisqof ta’ Malta