L-Arċisqof ta’ Rio de Janiero assigura liż-żgħażagħ li l-protesti li qed isiru fil-Brażil mhumiex se jaffettwaw il-Jum Dinji taż-żgħażagħ.
L-Arċisqof Orani Tempesta qal li tkellem m’uffiċjali Brażjiljani li kkonfermaw is-sigurta ta’ dawk li se jattendu għal dan l-avveniment dinji.
Fil-jiem li għaddew, miljuni ta’ nies ipprotestaw fit-toroq minħabba li l-gvern ħabbar li se jgħolli l-prezz tat-trasport pubbliku u li fl-istess waqt se jkunu qed jagħti kontribut lejn it-Tazza tad-Dinja fl-2014.
L-Arċisqof Tempesta temm jgħid li l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013 hija esperjenza għal żgħażagħ minn madwar id-dinja, u li din tfakkarhom li huma jistgħu jagħmlu differenza fis-soċjeta jekk jgħixu skont il-valuri Nsara. Qal li huma jistgħu jkunu l-bidla u jagħtu tifsira oħra lill-protesti li qed isiru fil-Brażil, biex finalment iwasslu għal futur aħjar.