Nhar l-Erbgħa Malta nħasdet bl-aħbar tal-mewt tal-President Emeritu Dr Ċensu Tabone, ġimgħatejn biss bogħod minn għeluq id-99 sena tiegħu. B’kulħadd konxju mill-età avvanzata tiegħu, xorta waħda l-mewt tiegħu ħasdet. Nemmnu li ħasdet, mhux sempliċiment għax il-mewt min-natura tagħha ġġib firda u sentimenti negattivi, iżda għax il-kwalitajiet distinti ta’ bniedem bħalma kien Ċensinu, kif jibqa’ magħruf fost ħafna, kulħadd bħal donnu jittama li ma jmutu qatt.

Fl-istess waqt, umanament nafu lkoll li għal din id-dinja ħadd ma hu. Mat-telfa ta’ Dr Tabone, żgur però li l-pajjiż kollu se jżomm ħaj u jgħożż it-tifkiriet u dak kollu li fisser, offra u sarraf il-President Emeritu Ċensu Tabone.

Dehrilna li biex insellmu lil din il-figura partikolari, li kien hemm min saħansitra ddeskrivieh bħala ‘uniku’, kellna nisiltu riflessjonijiet dwar il-kwalitajiet tiegħu u nwaħħduhom fil-messaġġ editorjali tagħna.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com