L-aħwa, il-Mulej Ġesù jaf ifejjaq lir-ruħ u lill-ġisem. Aħna, l-ewwel nett, nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li qed jagħmel permezz ta’ Bjorn u Marija, u din il-fondazzjoni, biex il-ħajja ta’ kull wieħed u kull waħda minna tkun aħjar. Nirringrazzjaw lil Alla wkoll tal-helpers. I would like to say thank you to all our helpers. It is you who are part of the beautiful experience of this hold. Imma wara kollox, nitolbu ħafna għal kull wieħed u kull waħda minnkom biex il-Mulej jagħtikom ħafna kuraġġ u ħafna paċi.

Nixtieq nitlob ukoll għall-qraba tagħkom; iħobbukom ħafna, jieħdu ħsiebkom, u jkunu wkoll magħkom f’din it-triq. Il-Mulej ibierek lilek Bjorn, lilek Marija. Jagħtikom ħajja twila, saħħa, fiċ-ċirkustanzi li fihom inkunu ninsabu.

Ejjew nagħmlu att ta’ fidi fil-Mulej, li jieħu ħsiebna dejjem. Kultant ngħidulu: imma lili? Telgħet il-lotterija; il-biljett lili tela’ fil-lotterija? M’għandniex risposta għaliex titla’ l-lotterija tiegħi u mhux ta’ ħaddieħor. M’għandniex risposta. Ngħidulu: Mulej għabbejtni b’salib kbir, issa trid tgħinni. Għandkom dritt tgħidulu hekk. Għandi salib kbir, issa trid tgħinni. Hu ma jiċħadx din it-talba. Għax anke Hu u tiela’ l-Kalvarju, sabulu liċ-Ċirinew jgħinnu. Ejjew ngħinu lil xulxin.

Aħna bil-Malti għandna espressjoni: Toqgħodx terfa’ salib ħaddieħor. Imma li nerfgħu s-salib ta’ xulxin ifisser li ngħinu lil xulxin, f’dan il-każ, biex il-Mulej jgħinna nieħdu ħsieb tassew xulxin.

Ejjew nagħmlu talba speċjali lill-benefatturi kollha ta’ Djar Bjorn. Mhux waħda biss hawn, imma netwerk ta’ għajnuna. Ħa ngħidilkom ħaġa wkoll: intom statement ta’ dinja għażiża fil-ħajja. Kull ħajja hi prezzjuża, tkun liema tkun iċ-ċirkustanza, il-ħajja hija prezzjuża. Għalhekk, dak kollu li tagħmlu jkun imbierek mill-Mulej.