-
-
Dalgħodu (is-Sibt 5 ta’ Jannar 2019), l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-bastiment Lifeline li jinsab sorġut fil-Port il-Kbir, fejn wassal appell ieħor biex l-Ewropa taġixxi bla iżjed dewmien u ssalva lil ħutna li ilhom jiem sħaħ fuq il-baħar.
Filwaqt li ltaqa’ mal-membri tal-ekwipaġġ, l-Arċisqof fakkar fl-appelli li hu flimkien mal-Isqof Mario Grech u l-Isqof Galea-Curmi għamlu biex l-Ewropa turi solidarjetà konkreta ma’ dawk l-aktar vulnerabbli.
L-Arċisqof qal li huwa jagħraf li l-fenomenu tal-immigrazzjoni jeħtieġ soluzzjonijiet fuq livell Ewropew, iżda sejjaħ bħala inġustizzja kbira l-fatt li dawn ħutna spiċċaw vittma tan-negozjati bejn il-mexxejja Ewropej. “Il-ħajja tal-bniedem hija imprezzabbli u n-negozjati m’għandhom qatt isiru a skapitu tal-persuni li qed ibatu” tenna l-Arċisqof Scicluna.
Aqra l-appelli li saru mill-Isqfijiet:
Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar is-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran – 31/12/18