Il-każ tal-ġurnal Ingliż News of the World fetaħ beraħ id-diskussjoni kollha dwar il-mod, jew il-modi, kif ġurnalist għandu jġib ruħu, u x’mezzi hu leċitu li juża biex ikollu storja, kif ngħidu aħna l-ġurnalisti fil-lingwaġġ tagħna.

Dan il-każ, jekk xejn, juri li dak li aħna l-ġurnalisti ġustament nitolbu mill-politiċi, nies f’pożizzjoni importanti fis-soċjetà u fil-Knisja, u minn dawk li jaħdmu fid-dinja tal-kummerċ, mhux dejjem jidher li napplikawh għalina. Faċli niktbu u nisħqu li għandu jkun hemm trasparenza f’għadd ta’ setturi fis-soċjetà, meta mbagħad donnu bħal insibuha diffiċli biex l-istess livell ta’ etika napplikawh għall-professjoni tagħna.

Il-każ tan-News of the World hu daqstant gravi wkoll għax fil-mira tal-‘investigazzjonijiet’, jew il-phone hacking li kien għaddej, kien hemm mhux biss persuni pubbliċi u persuni ta’ ċerta responsabbiltà ċivili, imma anki individwi li fil-każ ta’ ħafna minnhom, kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli fil-ħajja tagħhom. Dan jagħmel is-sitwazzjoni aktar gravi.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com