It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2009, il-komunita’ ta’ Pembroke fakkret it-twaqqif tagħha bħala Parroċċa b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Fl-imgħoddi, Pembroke kienet parti mill-parroċċa ta’ San Ġiljan iżda meta l-Ibraġġ saret żona pastorali awtonoma, Pembroke sar parti minn din iż-żona l-ġdida. Billi l-komunita’ ta’ Pembroke baqgħet tikber, fl-1998 saret żona awtonoma hi wkoll, dedikata lil Kristu Rxoxt, sakemm saret Parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.