• L-Aid to the Church in Need (Malta), b’kollaborazzjoni mal-Istitut Agostinjan, qed tippreżenta film straordinarju! Film dwar wieħed mill-akbar Qaddisin tal-Knisja Kattolika. Dan qed jiġi interpretat minn atturi Musulmani mill-Alġerija u t-Tuneżija taħt it-tmexxija tal-President tal-SOHT Film Production & Global Distribution, Henri Aoun. Din hija tabilħaqq inizjattiva innovattiva xxerred aktar spirtu ta’ rispett fost il-popli ta’ kulturi u reliġjonijiet differenti.

    Il-film intitolat, “Augustine, the Son of her Tears” tmmexxa minn Samir Seif, Xenografu Eġizzjan li kien appoġġjat mill-Ministeru għall-Kultura tal-Alġerija u t-Tuneżija. Dan rebaħ Best Artistic Achievement fit-33 Festival tal-Films ta’ Alessandrija għall-pajjiżi Mediterranji li sar f’Ottubru li għadda u l-Premju Audience Prize for Best Film fil-Wahran Film Festival fl-Alġerija.

    Il-PREMIER ta’ dan il-film ser jintwera fit-Teatru tal-Embassy, il-Belt Valletta fit-3 t’Ottubru 2018 fis-6.30pm kif ukoll fit-Teatru tal-Oratorju Don Bosco, Il-Belt Victoria, Għawdex fl-4 t’Ottubru 2018 fis-7.00pm. Donazzjoni ta’ €5 tkun apprezzata bħala appoġġ għat-tfal tat-triq f’Aleppo, is-Sirja. Id-Direttur tal-film, is-Sur Samir Seif, il-President tal-SOHT Film Production & Global Distribution, is-Sur Henri Auon u s-Sur Jean Maher, President tal-Franco-Egyptian Organisation for Human Rights and Film Artists huma mistennija li jiġu Malta għal din l-okkażżjoni.