Mil-lum jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Il-programm se jittella’ fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ dan il-qaddis Malti, li hu l-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.
It-Tnejn 6 ta’ Mejju 2024
- Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm.
- Quddiesa fis-6.00 pm immexxija minn Dun Ewkarist Zammit, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.
It-Tlieta 7 ta’ Mejju 2024
- Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm.
- Quddiesa fis-6pm immexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.
L-Erbgħa 8 ta’ Mejju 2024
- Quddiesa fis-7:30am.
- Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm.
- Quddiesa fis-6pm. Matul il-quddiesa jsir ħsieb dwar San Ġorġ Preca.
- Fis-7pm tibda taħdota mill-Kardinal Luis Antonio Tagle fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali fil-Blata l-Bajda. Din it-taħdita hi organizzata mill‑Fakultà tat‑Teoloġija u l‑Għaqda Studenti tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mas‑Soċjetà tad‑Duttrina Nisranija.
- Il-Kappella tkun miftuħa għall-adorazzjoni mis-7am sa 12pm u mill-4pm sal-10pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.
Il-Ħamis 9 ta’ Mejju 2024
- Quddiesa fis-7:30am.
- Fis-6:30 pm tibda quddiesa solenni tal-festa mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali, fil-Blata l-Bajda.
- Il-Kappella tkun miftuħa għall-adorazzjoni mis-7am sa 12pm u mill-4pm sal-10pm.
Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.