7 – 22 ta’ Novembru 2009
Is-Sibt, 7 ta’ Novembru
5.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun u wara jiltaqa’ man-nies.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili fis-Sala Parrokkjali.
It-Tnejn, 9 ta’ Novembru
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu il-Katekizmu fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Nisrani Madonna tal-Ħniena.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu il-Katekizmu fil-fergħa tal-Museum tal-Bniet.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu il-Katekizmu fil-fergħa tal-Museum tas-Subien.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummisjoni Implimentazzjoni Sinodu u Kunsill Ekonomiku Parrokjali, fis-Sala Parrokkjali.
L-Erbgħa, 11 ta’ Novembru
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu il-Katekizmu fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Nisrani San Girgor.
5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Familja u Koppji Mexxejja fis-Sala Parrokkjali.
7.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura t-tielet dar għall-persuni b’dizabilita fiż-Żejtun, Dar Jean Vanier, jiltaqa’ mar-residenti u jiekol magħhom.
Il-Ħamis, 12 ta’ Novembru
4.30 p.m. L-Arċisqof izur il-konunita’ tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu il-Katekizmu fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Nisrani ‘Nazju Falzon’.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Djakonia f’Dar Santa Katerina.
Il-Gimgħa, 13 ta’ Novembru
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-Sala Parrokkjali.
Is-Sibt, 14 ta’ Novembru
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Girgor u wara jiltaqa’ man-nies.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Kateketika u mal-katekisti fis-Sala Parrokkjali.
Il-Ħadd, 15 ta’ Novembru
09.00 a.m. L-Arċisqof izur is-sorijiet tal-Qalb ta’ Gesu’.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena u jikkonsagra l-artal; wara jiltaqa’ man-nies.
It-Tlieta, 17 ta’ Novembru
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet ta’ Gesu’ Nazzarenu.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur l-Istitut Paolo Freire u jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Ġizwiti.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment fid-Dar Parrokkjali ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiekol mal-komunita’ tal-Ġizwiti.
L-Erbgħa, 18 ta’ Novembru
9.00 a.m. L-Arċisqof izur l-iskola Primarja.
Il-Ħamis, 19 ta’ Novembru
08.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwalment fid-Dar Parrokkjali.
12.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti flimkien u wara jiekol magħhom fid-Dar Parrokkjali.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu il-Katekizmu fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Nisrani Ġebel San Martin.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fl-Uffiċċju Parrokkjali.
7.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali.
Il-Ħadd, 22 ta’ Novembru
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Ġebel San Martin u wara jiltaqa’ man-nies.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fir-Ramla Hall mal-familji li joqgħodu fl-Estate ta’ Ħal Tmiem u l-Estate Ta’ Ganza.