29 ta’ Jannar – 8 ta’ Frar, 2010
Il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Santa Luċija, fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika fiċ-Ċentru Parrokkjali.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fiċ-Ċentru Parrokkjali.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Core Group Żgħażagħ u wara maż-żgħażagħ fiċ-Ċentru taż-Żgħazagħ
Is-Sibt, 30 ta’ Jannar
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur xi persuni morda u l-familji tagħhom.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u fl-istess ħin tifkira 40 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċetajiet Ċivili (Sindku, kunsilliera, kumitati PN, MLP, S. Lucia F.C. u Girl Guides) fis-Sala Parrokkjali.
It-Tnejn, 1 ta’ Frar
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekeżi fiċ-Ċentru Parrokkjali.
5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu fil-Qasam tal-Museum tas-Subien.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti fil-Qasam tal-Museum tas-Subien.
7.45 p.m. L-Arċisqof mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u Kummissjoni Implimentazzjonti Sinodu fis-Sala Parrokkjali.
It-Tlieta, 2 ta’ Frar
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti fl-Uffiċċju Parrokkjali.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti flimkien u wara joqgħod magħhom għall-ikel fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Frar
4.30 a.m. L-Arċisqof izur il-Komunità tas-Sorijiet Franġiskani.
5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu fil-Qasam tal-Museum tal-Bniet.
6.15 p.m. L-Arċisqof Jiltaqa’ individwalment fl-Uffiċċju Parrokkjali ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa. Għal appuntament iċemplu 25906504 (9.15am-12.45pm).
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Familja u Koppji Mexxejja fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tnejn, 8 ta’ Frar
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali f’Dar Nażaret. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.