-
Provinċjal ġdid għad-Dumnikani
-
P. Frans Micallef O.P. ġie magħżul bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin waqt is-47 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija li qed isir fil-kunvent tad-Dumnikani ġewwa l-Gwardamangia.
P. Frans Micallef O.P. twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu is-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Teoloġiku San Tumas D’Akwinu . F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Huwa ggradwa fil-mużika u serva f’diversi uffiċċji tal-Provinċja bħal Surmast ta’ l-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir għal dawn l-aħħar sittax-il sena kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu il-Belt Valletta fejn beda wkoll Radju Xeb-er-Ras.
Bħala Diffinituri f’dan il-Kapitlu Provinċjali intgħażlu Fr. Vincent Micallef O.P.; Fr. Frank Borg O.P.; Fr. Charles Tabone O.P. u Fr. Raymond Gatt O.P.