• Stedina għall-Assemblea Djoċesana 2013

  • Din hija stedina minn Mons. Arċisqof għall-Assemblea Djoċesana.

    Din ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru bejn is-6.00 u 9.00 ta’ filgħaxija, u s-Sibt 5 t’ Ottubru bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

    Post: ĊAK (Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni), Birkirkara

    Is-suġġetti għall-Assemblea ta’ din is-sena huma:

    Il-Ġimgħa: Preżentazzjoni ta’ rapport minn task force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja – Riflessjoni Pastorali dwar Żwieġ u Familja.

    Is-Sibt: Preżentazzjoni ta’ dokument, imħejji mis-Segretarjat għall-Katekeżi, li jiftaħ riflessjoni dwar il-katekeżi tat-tfal.

    Kull min huwa involut f’dawn l-oqsma importanti tal-familja u tal-katekeżi sabiex ikunu preżenti għal dawn id-diskussjonijiet pastorali ta’ importanza għad-djoċesi.