Agħfas hawn biex tara l-ahhar edizzjoni tal-programm ‘QalbinNies’.
Fil-lista tas-seba’ dnubiet il-mejta l-ghira qieghda fit-tieni post wara s-suppervja….l-ghira ggib maghha hafna inkwiet u hi rizultat ta’ firda bejn kollegi, pajjizi, ahwa, koppji u hafna ohrajn. Infatti jekk imorru lura fl-istorja, fl-ewwel ktieb tal-genesi sahansitra naqraw li s-serp kien ghajjur ghal Alla u ghalhekk wasal li jwaqqa lil Eva fid-dnub…naraw ukoll kif Kain qatel lil Abel ghax kien jghir ghalih.
Donnu l-ghira min dejjem kienet, irrelevanti miz-zmien, pajjizi u kultura. L-ghira qieghda f’kulhadd u hija parti mill-istint tal-persuna….infatti anke’ l-annimali jghiru ghal xulxin. Imma ghalfejn tghir persuna? Forsi minhabba biza’ li ser titlef xi haga jew xi hadd?
L-ghira tista’ twassal persuna biex twegga’ u sahansitra hawn min qatel ukoll…spiss nisimghu b’kazijiet ta’ inkwiet fil-familji u girien li jispiccaw il-qorti…ghira bejn il-hbieb, kompetizzjonjiet u hafna ohrajn. Imma forsi l-iktar forma ta’ ghira li wiehed jitkellem dwarha hi dik ta’ bejn koppja…hawn min tant jghir ghas-sieheb/siehba tieghu li kwazi kwazi igieghlha thossha fgata, bla liberta’ ta’ xejn…tant li tista’ ssir ossessjoni. Bla dubju, ma’ l-ghira jibdew dehlin is-suspetti, id-dubji u l-persuna tibda tohloq realta’ ohra li hafna drabi tkun biss immaginazzjoni…imma li twassal biex toqtol l-imhabba li xi darba kien hemm f’dik ir-relazzjoni.
Imma kemm hu facli li tafda? It-trobbija, x’impatt ghandha fuq l-ghira? Izda hawn minn jghidlek ukoll li ftit ghira tajba….ftit ghira forsi tista twasslek biex tistinka u tirnexxi f’xi haga. Forsi ftit ghira lejn il-partner hi tajba ukoll ghax meta wiehed jghir juri li jhobb….imma veru jew le?
Fis-sit com ser naraw lir-Rita irrabjata lejn wiehed mill-kollegi u liskond hi qed jaghmillha l-bsaten fir-roti….min naha l-ohra Tiziana tinsab dubjuza dwar ir-relazzjoni taghha ma’ Chris, li kif rajna qabel, jghir mhux hazin ghaliha…Edmond jghid li Ms Koziarova tghir ghalih? Veru jew le? U hu jghir ghal xi hadd jew xi haga?