Nhar il-Ħadd, l‑1 ta’ Novembru 2020, fid-9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il-quddiesa tliet seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju, ser jitolbu lill‑Arċisqof biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.
It-Tnejn, 2 ta’ Novembru, fid-9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid, b’suffraġju għal ruħ il-mejtin kollha, b’mod speċjali għall‑vittmi tal‑COVID‑19. Għal din il-quddiesa, l-Arċisqof qed jistieden qarib (wieħed) ta’ kull vittma biex jattendi. Minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju, il-qraba għandhom jinfurmaw lill-kappillan tagħhom mill-aktar fis.
L‑Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall‑erwieħ kollha li marru qabilna bis‑sinjal tal‑fidi u bit‑tama tal‑qawmien mill‑imwiet, biex bil‑ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub.
Dawn iż-żewġ quddisiet ser jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.