Għada l-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, Jum id‑Duluri, il‑quddies li jixxandar kuljum mill‑Isqfijiet se jsir mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.
Il‑quddiesa tad‑9:30am segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑quddiesa tal‑5:30pm li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.
L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑quddies li ser jixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.