Is-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta, ghall-koppji li zzewgu matul is-sena 2011.
Fil-messagg tieghu, l-Arcisqof Cremona tkellem dwar il-vokazzjoni taz-zwieg nisrani u semma l-importanza li ssir distinzjoni bejn tieg u zwieg nisrani. L-Arcisqof spjega li t-tieg nisrani huwa ghal gurnata, filwaqt li z-zwieg nisrani huwa ghal hajjitna kollha. B’referenza ghall-kliem ta’ San Pawl li nqara fit-tieni qari tal-Quddiesa, fejn jghid li l-gisem huwa tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu, l-Arcisqof qal li l-vokazzjoni nisranija tittrasforma l-mod kif il-bniedem ihares lejn l-intimita sesswali tal-koppja. L-Arcisqof qal ukoll li din il-vokazzjoni taz-zwieg tfisser impenn f’zewg oqsma partikolari. Dawn huma l-importanza tal-Quddiesa tal-Hadd u sehem il-koppja fi gruppi Nsara fejn dawn jaqsmu flimkien l-esperjenza taz-zwieg nisrani u jkunu ta’ appogg ghal xulxin.
Intant, nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m.
AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]