Nhar il‑Ħamis li ġej, 15 ta’ Settembru 2022, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għar‑Reġina Eliżabetta II f’għeluq il‑ġimgħa mill‑mewt tagħha, fis‑6:30 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.
Il‑kongregazzjoni se tkun immexxija mill‑President ta’ Malta Dr George Vella. L‑awtoritajiet tal‑Istat u l‑Insara kollha f’Malta huma mistiedna jattendu għal din iċ‑ċelebrazzjoni. Is‑saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il‑quddiesa.
Il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.