Rajt raġel
liebes l-abjad
u għajjien
taħt ix-xita qawwija
u r-riħ kiesaħ
tiela’ bil-mod
lejn l-artal
mimli wġigħ
mimli tbatija
imma anki tama.  

Rajt raġel
xiħ
izappap
tela’ ħafna taraġ
u fuq spallejh
l-uġigħ kollu tad-dinja.  

Rajt raġel
miġbur
fis-skiet tiegħu
imqanqal
fit-talb tiegħu
jitlob il-maħfra
tad-dnubiet kollha
tal-bnedmin
u s-salvazzjoni tagħhom.  

Rajt raġel
qalb il-bnedmin
iqum bilwieqfa
fuq kulħadd
biex jitlob
għal kulhadd.  

Rajt raġel
jgħid
“Ħadd ma jsalva waħdu”
għax
m’aħniex waħedna
jekk nemmnu
f’Alla
u s-salvazzjoni tiegħu.  

Rajt raġel
li mill-bnedmin l-oħra kollha tad-dinja
jsalva
għax emmen
u jibqa’ jemmen
għal dejjem.    

Miktuba minn Giuseppe Messe
Traduzzjoni bil-Malti ta’ Evarist Bartolo



HO VISTO UN UOMO

Ho visto un Uomo
vestito di bianco
e stanco
sotto la pioggia battente
e il vento freddo
salire lento
verso l’altare
carico di dolore
di sofferenza
ma anche di speranza.  

Ho visto un Uomo
anziano
zoppicante
fare le tante scale
con sulle sue spalle
tutto il dolore del mondo.  

Ho visto un Uomo
concentrato
nel suo silenzio
fremente
nella sua preghiera
chiedere il perdono
di tutti i peccati
degli uomini
e la loro Salvezza.  

Ho visto un Uomo,
uomo fra gli uomini,
innalzarsi
su tutti
e pregare
per tutti.  

Ho visto un Uomo
dire
“nessuno si salva da solo”
perché non siamo soli
se crediamo
in Dio
e nella sua Salvezza.  

Ho visto un Uomo
che,
con tutti gli altri uomini del mondo,
si salverà
perché ha creduto
e crederà per sempre.

Giuseppe Messe