Kważi terz taċ-ċittadini tad-dinja iffaċċjaw żjieda fir-restrizzjonijiet dwar il-prattika tar-reliġjon u l-espressjoni tat-twemmin tagħhom imposti fuqhom mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom. Dan irriżulta minn studju ppubblikat fil-jiem li għaddew mill-Forum dwar il-ħajja pubblika fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Riċerka Pew.Ir-rapport intitolat “Rising Restrictionson Religion” jinnota li dawn ir-restrizzjonijiet li qed jiżdiedu f’madwar 23 mill-198 pajjiż fid-dinja, u li ħafna minn dawk il-pajjiżi huma fost l-iktar popolati u b’pass imgħaġġel ta’ tkabbir tal-popolazzjoni, fattur li hu mifhum li jaffettwa persentaġġ għoli tar-residenti fid-dinja. Ir-rapport Pew jissuġġerixxi li l-pajjiżi li jimponu l-iktar restrizzjonijiet, fistudji li saru fil-passat, diġa kellhom livelli għolja f’dar-rigward. Ebda bidliet ma kienu rrappurtati f’163 pajjiż.
F’perjodu ta’ tliet snin, bejn nofs l-2006 u nofs l-2009, l-istudju eżamina total ta’ 33 miżura fil-forma ta’ mistoqsija dwar ir-restrizzjonijiet tal-Gvern, bħal liġijiet, politika u azzjoni, u ostilitajiet soċjali.
Irriżulta wkoll li kienu biss 1% tal-popolazzjoni dinjija li jgħixu f’pajjiżi fejn ir-restrizzjonijiet reliġjużi jew l-ostilitajiet soċjali naqsu. Mill-iktar 25 pajjiż popolat fid-dinja, l-Istati Uniti kienet waħda minn sbatax fejn ir-restrizzjonijiet reliġjużi jew l-ostilitajiet soċjali imposti mill-Gvern wieħed majistax jgħidu li rreġistraw żjidiet sostanzjali. Pero, rriżulta wkoll li l-ebda pajjiż mis-17 ma rreġistra xi tnaqqis fir-restrizzjonijiet imposti minnu fuq ir-reliġjon.